EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/187/20

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8482 — ABB/B&R) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 187, 13.6.2017, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/63


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8482 — ABB/B&R)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 187/20)

1.

Fis-6 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża ABB Limited li hija l-kumpanija prinċipali aħħarija tal-gurpp tal-kumpaniji ABB (l-Isvizzera), takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Bernecker + Rainer Industrie-Elektronik Gesellschaft m.b.H. kollha kemm hi (l-Awstrija) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal ABB Ltd: in-negozju huwa magħmul minn erba’ taqsimiet: prodotti tal-elettrifikazzjoni, robotika u mozzjoni, prodotti ta’ awtomazzjoni industrijali u n-netwerks tal-elettriku, li jservu klijenti fl-utilitajiet, l-industrija u t-trasport u l-infrastruttura mad-dinja kollha.

—   għal Bernecker + Rainer Industrie-Elekronik Gesellschaft m.b.H.: fornitur ta’ soluzzjonijiet għal makkinarju u l-awtomatizzazzjoni tal-fabbriki, b’attenzjoni partikolari fuq il-prodotti ta’ kontroll tal-mozzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8482 — ABB/B&R, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top