Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/167/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8489 — Cinven/Eurovita) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 167, 25.5.2017, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8489 — Cinven/Eurovita)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 167/08)

1.

Fid-19 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Ergo Previdenza S.p.A. (“Ergo Previdenza”), kumpanija li ultimament hija kkontrollata mill-fondi ġestiti jew issuġġeriti minn Cinven Capital Management (V) General Partner Limited (“Cinven”), għandha l-ħsieb li tikkontrolla Eurovita Assicurazioni S.p.A (“Eurovita”) fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Cinven: ditta ta’ ekwità privata li tikkontrolla għadd ta’ kumpaniji ta’ portafoll attivi f’varjetà ta’ setturi, inkluż is-settur tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja, fuq firxa ta’ ġurisdizzjonijiet.

—   Eurovita: attiva fis-settur tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja, li toffri poloz tal-aasikurazzjoni fuq il-ħajja u prodotti ta’ investiment esklużivament fl-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8489 — Cinven/Eurovita, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top