Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/005/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8327 — Fairfax/Sagard Holdings/PSG) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 5, 7.1.2017, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8327 — Fairfax/Sagard Holdings/PSG)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 5/04)

1.

Fil-21 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Fairfax Financial Holdings Limited (“Fairfax”, il-Kanada) u Sagard Holdings Inc. (“Sagard”, il-Kanada), ikkontrollata minn Power Corporation of Kanada, jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-assi ta’ Performance Sports Group Ltd u s-sussidjarji tagħha fl-Istati Uniti u fil-Kanada (“PSG”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Fairfax: l-assigurazzjoni u r-riassikurazzjoni tal-proprjetà u għad-diżgrazzji, il-ġestjoni ta’ investiment.

—   għal Sagard: investiment f’kumpaniji pubbliċi b’kapitalizzazzjoni medja fl-Istati Uniti tal-Amerika. Sagard hija sussidjarja ta’ Power Corporation of Kanada, kumpanija azzjonarja u ta’ ġestjoni internazzjonali diversifikata li għandha interessi f’kumpaniji fis-servizzi finanzjarji, il-komunikazzjonijiet u setturi oħra tan-negozju.

—   għal PSG: l-iżvilupp u l-manifattura ta’ tagħmir sportiv għall-ice hockey, roller hockey, lacrosse, baseball u softball, kif ukoll lbies relatat u lbies tal-futbol. Il-prodotti tagħha huma kkummerċjalizzati bil-marki tad-ditti Bauer, Mission, Maverik, Cascade, Inaria, Combat u Easton.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8327 — Fairfax/Sagard Holdings/PSG, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top