Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/221/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7860 — KH/Strabag/SPPD) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 221, 18.6.2016, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7860 — KH/Strabag/SPPD)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 221/08)

1.

Fl-10 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li skontha l-impriżi Kulczyk Holding S.A. (“KH”), sussidjarja posseduta kollha ta’ Kulczyk Investments S.A. (“KI”, il-Polonja), u Strabag Sp. z o.o. (“Strabag”), sussidjarja posseduta kollha ta’ Strabag SE, l-Awstrija, jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża SPPD Sp. z o.o. fl-intier tagħha (“SPPD”, il-Polonja) permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal KH: kumpanija ta’ investiment ta’ KI, grupp ta’ kapital li jiffoka fuq investimenti f’firxa wiesgħa ta’ setturi, inklużi l-minerali u t-tħaffir fil-minjieri, l-enerġija, l-infrastruttura, l-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ proġetti tal-proprjetà immobbli, u l-kimiki. KI tiffoka l-attivitajiet ta’ investiment kummerċjali tagħha fl-Ewropa u fl-Afrika. Fost dawn, KI għandha parteċipazzjonijiet ta’ investiment fi proġetti ta’ infrastruttura u ta’ konċessjoni fis-settur tat-toroq fil-Polonja,

—   għal Strabag: kumpanija attiva fis-settur tal-bini, tal-inġinerija ċivili u tal-kostruzzjoni ta’ mini,

—   għal SPPD (impriża konġunta li għandha tingħata l-isem ġdid ta’ A2 Route Sp.z.o.o.): fornitriċi ta’, hekk imsejħa, servizzi ta’ manutenzjoni tqal fl-awtostradi u t-toroq pubbliċi fil-Polonja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jirriżultalha li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), għandu jkun innutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-osservazzjonijiet li jaf ikollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7860 — KH/Strabag/SPPD, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top