Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/192/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7902 — Marriott International/Starwood Hotels & Resorts Worldwide) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 192, 31.5.2016, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7902 — Marriott International/Starwood Hotels & Resorts Worldwide)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 192/04)

1.

Fit-23 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Marriott International Inc. (“Marriott”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Starwood Hotels & Resorts Worldwide, Inc. (“Starwood”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Marriott: essenzjalment maniġer u tagħti franchise ta’ lukandi u l-proprjetajiet timeshare f’85 pajjiż u territorju,

—   għal Starwood: essenzjalment maniġer u tagħti franchise ta’ lukandi, resorts mad-dinja kollha, bi kważi 1 300 proprjetà f’madwar 100 pajjiż.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7902 — Marriott International/Starwood Hotels & Resorts Worldwide, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top