This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2016/144/11
Prior notification of a concentration (Case M.7910 — Kesko/Onninen) (Text with EEA relevance)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7910 — Kesko/Onninen) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7910 — Kesko/Onninen) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 144, 23.4.2016, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
23.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 144/22 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7910 — Kesko/Onninen)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 144/11)
|
1. |
Fit-18 ta’ April 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Kesko Oyj (“Kesko”, il-Finlandja) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Onninen Oy kollha kemm hi (“Onninen”, il-Finlandja) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Kesko: bejjiegħ b’operazzjoni fi tliet segmenti ta’ negozju prinċipali: (i) il-kummerċ fil-merċa, (ii) il-kummerċ fil-bini u t-titjib tad-djar kif ukoll kummerċ fi prodotti ta’ speċjalità; u (iii) l-kummerċ tal-karozzi, — Onninen: attiva fid-distribuzzjoni ta’, fost oħrajn, prodotti ta’ installazzjoni. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7910 — Kesko/Onninen, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).