Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/060/07

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7841 — Avril Pôle Animal/Tönnies International Holding/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 60, 16.2.2016, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 60/12


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7841 — Avril Pôle Animal/Tönnies International Holding/JV)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2016/C 60/07)

    1.

    Fl-10 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Avril Pôle Animal (“APA”, Franza), li jappartjenu għall-Grupp Avril (“Avril”, Franza), u Tönnies International Holding Gmbh (il-Ġermanja), li tappartjeni għall-Grupp Tönnies (“Tönnies”, il-Ġermanja) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida (“NewCo”, Franza) li tikkostitwixxi impriża konġunta.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal Avril: attivitajiet fis-setturi taż-żejt u l-proteini inkluż il-qtil tal-ħnieżer u l-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tal-majjal għall-konsum mill-bniedem u mill-annimali.

    —   għal Tönnies: ix-xiri u l-qtil ta’ ħnieżer u baqar, l-ipproċessar, l-ippakkjar u l-bejgħ ta’ prodotti tal-laħam.

    —   għal NewCo: l-ipproċessar, l-ippakkjar u l-bejgħ ta’ majjal frisk ta’ oriġini Franċiża u prodotti tal-laħam taċ-ċanga lill-kanal tal-bejgħ bl-imnut għall-konsum mill-bniedem.

    3.

    Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni b’faks (+32 22964301) b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7841 — Avril Pôle Animal/Tönnies International Holding/JV, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top