Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/010/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7138 – ThyssenKrupp/Acciai Speciali Terni/Outokumpu VDM) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 10, 14.1.2014, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 10/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7138 – ThyssenKrupp/Acciai Speciali Terni/Outokumpu VDM)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 10/04

1.

Fit-8 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tal-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża ThyssenKrupp AG (“TK”, il-Ġermanja) biħsiebha takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriżi Acciai Speciali Terni (“AST”, l-Italja) u Outokumpu VDM (“VDM”, il-Ġermanja, u flimkien “AST/VDM”) u l-affiljati tagħhom permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal TK: prodotti tal-azzar bil-karbonju (fl-Ewropa u fl-Ameriki) u d-distribuzzjoni tagħhom, teknoloġija tal-lift, soluzzjonijiet teknoloġiċi u industrijali tal-komponenti bħal inġinerija speċjalizzata, servizzi ta' kostruzzjoni u servizzi ta' inġinerija minn minn tarf għall-ieħor,

għal AST/VDM: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' prodotti tal-azzar inossidabbli u ligi bi prestazzjoni għolja, xogħol tal-forġa, produzzjoni ta' tubi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7138 – ThyssenKrupp/Acciai Speciali Terni/Outokumpu VDM, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top