This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2013/166A/01
Recruitment for the European Medicines Agency (London)
Reklutaġġ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (Londra)
Reklutaġġ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (Londra)
ĠU C 166A, 12.6.2013, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
12.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 166/1 |
REKLUTAĠĠ GĦALL-AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-MEDIĊINI (LONDRA)
(2013/C 166 A/01)
L-Aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1)). L-Aġenzija ġiet imwaqqfa f'Jannar tal-1995. Hija għandha ħafna kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, is-27 Stat Membru tal-UE, il-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.
Aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli permezz tal-Internet; l-indirizz tal-websajt tagħna huwa http://www.ema.europa.eu
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) qed torganizza proċeduri ta' selezzjoni bl-għan li titfassal lista ta' riżerva għal:
|
|
EMA/AD/350: Amministratur (Xjentifiku), Kwalità tal-Mediċini, Unità tal-Iżvilupp u l-Valutazzjoni ta' Mediċini għall-Użu mill-Bniedem (AD 6); |
|
|
EMA/AST/351: Assistent tar-Riżorsi, Uffiċċju tal-IT, Unità tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (AST 3); |
|
|
EMA/AD/352: Amministratur Xjentifiku (AD 6), Qasam tal-Mediċini għall-Użu Veterinarju, Unità tal-Mediċini għall-Użu Veterinarju u tal-Ġestjoni tad-Dejta tal-Prodotti. |
Il-kandidati magħżula jitniżżlu fuq lista ta' riżerva u, skont is-sitwazzjoni finanzjarja, jiġi offrut lilhom kuntratt ta' ħames snin li jiġġedded, konformi mal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 56, 4.3.1968).
Il-post tal-impjieg ikun Londra.
Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Islanda, tan-Norveġja jew tal-Liechtenstein, bil-kundizzjoni li jkunu jgawdu mid-drittijiet kollha bħala ċittadini.
Il-kundizzjonijiet kollha u d-deskrizzjoni tal-impjieg għandhom jitniżżlu mill-websajt tal-Aġenzija:
http://www.ema.europa.eu/htms/general/admin/recruit/recruitnew.htm
L-applikazzjonijiet iridu jsiru b'mod elettroniku permezz tal-formoli disponibbli fuq il-websajt tal-Aġenzija. Id-data ta' skadenza għas-sottomissjoni tal-formoli ta' applikazzjoni hija t-12 ta' Lulju 2013 f'nofsillejl.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok illi minħabba fin-numru kbir ta' applikazzjonijiet li tirċievi l-Aġenzija meta jasal iż-żmien tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, is-sistema jista' jinqalgħalha problemi biex tipproċessa ammonti kbar ta' data. Għaldaqstant, huwa rakkomandabbli li l-applikanti jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom ferm aktar qabel mid-data perentorja.
Jekk tixtieq tirċievi l-avviżi tal-pubblikazzjonijiet ta' impjiegi battala b'mod elettroniku jekk jogħġbok irreġistra onlajn għal RSS feed fuq http://www.ema.europa.eu/ taħt “RSS news feeds”.