Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/165/08

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

ĠU C 165, 11.6.2013, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/10


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2013/C 165/08

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Franza

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Franza

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-150 anniversarju mit-twelid ta’ Pierre de Coubertin, l-inizjatur tal-qawmien mill-ġdid tal-Logħob Olimpiku, il-fundatur u l-ewwel president tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti ta’ ġewwa tal-munita turi l-wiċċ ta’ Pierre de Coubertin meta kien għadu żgħir. Ċrieki Olimpiċi stilizzati jiffurmaw l-isfond. Dawn jipprovdu l-qafas għal silwetti li jissimbolizzaw l-isport Olimpiku. Fuq ix-xellug, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “RF” u s-sena “2013”. Fil-parti ta' fuq, l-iskrizzjoni “PIERRE DE COUBERTIN” f’nofs-ċirku.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 1 miljun

Id-data tal-ħruġ: Ġunju 2013


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuh nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top