Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/346/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6775 – TCP Cable/International Cable Holdings/Kutxabank/Euskaltel) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 346, 14.11.2012, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6775 – TCP Cable/International Cable Holdings/Kutxabank/Euskaltel)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 346/09

1.

Fil-5 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi TCP Cable, Sàrl (“Trilantic”, il-Lussemburgu), International Cable Holdings, Sàrl (“ICH”, il-Lussemburgu) u Kutxabank, SA (“Kutxabank”, Spanja) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Euskaltel, SA (“l-impriża konġunta”, Spanja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Trilantic: investimenti f’ekwità privata f’setturi tal-industrija diversifikati,

għall-ICH: investimenti f’ekwità privata f’setturi tal-industrija diversifikati,

għall-Kutxabank: operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur,

għall-impriża konġunta: servizzi ta’ telekomunikazzjoni fi Spanja, b’mod speċifiku fil-Pajjiż Bask. Dan joffri telekomunikazzjoni fissa u mobbli, Internet u servizzi tat-televiżjoni diġitali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6775 – TCP Cable/International Cable Holdings/Kutxabank/Euskaltel, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top