Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/057/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6410 – UTC/Goodrich) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 57, 25.2.2012, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6410 – UTC/Goodrich)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 57/07

1.

Fl-20 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha United Technologies Corporation (“UTC”, l-Istati Uniti) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll sħiħ ta' Goodrich Corporation (“Goodrich”, l-Istati Uniti) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal UTC: produzzjoni u bejgħ ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti ta’ teknoloġija għolja u ta’ appoġġ servizzi għas-sistemi ta’ bini u l-industriji aerospazjali fuq skala globali. Il-grupp UTC jinkludi dawn l-unitajiet prinċipali tan-negozju: tisħin u kondizzjonament tal-arja Carrier, sistemi aerospazjali u prodotti industrijali Hamilton Sundstrand, liftijiet Otis, magni tal-inġenji tal-ajru Pratt&Whitney, ħelikopters Sikorsky, sistemi UTC Fire & Security u ċelluli tal-fjuwil tal-UTC Power,

għal Goodrich: produzzjoni u bejgħ ta’ sistemi u servizzi għall-industrija aerospazjali, industriji ta’difiża u sigurtà. Goodrich għandha attivitajiet fi tliet oqsma prinċipali tan- negozju: sistemi ta’ attwazzjoni u ta’ nżul; nacelles u sistemi interni; u sistemi elettroniċi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6410 – UTC/Goodrich, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top