Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/221/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6270 – Berkshire Hathaway/Lubrizol) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 221, 27.7.2011, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/26


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6270 – Berkshire Hathaway/Lubrizol)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 221/08

1.

Fid-19 ta’ Lulju 2011 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Berkshire Hathaway Inc (“Berkshire”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, fit-tifisra tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll totali tal-impriża The Lubrizol Corporation (“Lubrizol”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma b’riżultat ta’ ftehim u pjan ta’ amalgamazzjoni.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Berkshire: firxa varjata ta' attivitajiet kummerċjali, inkluż l-assigurazzjoni tal-proprjetà u għad-diżgrazzji u riassigurazzjoni, is-servizzi tad-dawl u l-ilma u enerġija, trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, finanzi, manifattura, bejgħ bl-imnut u servizzi,

għal Lubrizol: il-provvista ta’ kimiki speċjali, inkluż it-teknoloġiji, l-addittivi, l-ingredjenti, ir-reżini u l-komposti lill-klijenti tagħha fis-swieq globali tat-trasport, tal-industrija u tal-konsumaturi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6270 – Berkshire Hathaway/Lubrizol, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top