This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2011/121/25
MEDIA 2007 — Call for proposals — EACEA/06/11 — Support to Video on Demand and Digital Cinema Distribution
MEDIA 2007 – Sejħa għall-proposti – EACEA/06/11 – Appoġġ għal Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali
MEDIA 2007 – Sejħa għall-proposti – EACEA/06/11 – Appoġġ għal Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali
ĠU C 121, 19.4.2011, pp. 69–70
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
19.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 121/69 |
MEDIA 2007
Sejħa għall-proposti – EACEA/06/11
Appoġġ għal Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali
2011/C 121/25
1. Għanijiet u Deskrizzjoni
Din in-notifika dwar Sejħa għall-Proposti hija bbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (1).
Waħda mill-miżuri li trid tiġi implimentata taħt din id-Deċiżjoni hija li jingħata appoġġ għal Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali.
L-iskema tal-Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali ssawwar waħda mill-metodi li bih il-programm MEDIA 2007 jassigura li l-iżjed teknoloġiji u xejriet reċenti jkunu inkorporati fil-prattiċi tan-negozju tal-benefiċjarji tal-programm.
L-għan ewlieni ta’ din l-iskema huwa li tappoġġa l-ħolqien u l-isfruttar ta’ katalgi ta’ xogħlijiet Ewropej li jitqassmu diġitalment madwar il-fruntieri lil udjenza usa’ u/jew fiċ-ċinema permezz ta’ servizzi għad-distribuzzjoni avvanzata, bl-integrazzjoni, fejn ikun meħtieġ, ta’ sistemi ta’ sigurtà diġitali sabiex jiġi protett il-kontenut onlajn.
2. Applikanti eleġibbli
Din in-notifika hija maħsuba għall-kumpaniji Ewropej li bl-attivitajiet tagħhom jagħtu kontribut favur l-objettivi msemmija hawn fuq.
L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:
|
— |
is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea |
|
— |
il-pajjiżi taż-ŻEE |
|
— |
l-Isvizzera |
|
— |
il-Kroazja |
3. Attivitajiet eleġibbli
L-azzjonijiet eliġibbli fl-ambitu ta’ din is-sejħa għall-proposti huma dawn:
|
(1) |
Video on Demand (VoD): Servizz li jippermetti lil individwi li jagħżlu xogħlijiet awdjoviżivi minn server ċentrali biex jarawhom fuq skrin remot billi jistrimjawhom (streaming) u/jew iniżżluhom |
|
(2) |
Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali (DCD): Konsenja diġitali (fi standard kummerċjali aċċettabbli) ta' “Kontenut Prinċipali” (“Core Content”), jiġifieri feature films, films televiżivi jew sensiliet televiżivi (finzjoni, animazzjoni u dokumentarji) lil stabbilimenti ċinematografiċi għal użu kummerċjali (permezz ta' ħardisk, satellita, onlajn …) |
Il-perjodu tal-azzjoni għandu jdum tal-inqas 3 snin.
L-attivitajiet il-ġodda għandhom jibdew bejn l-1 ta’ Lulju 2011 u l-1 ta’ Marzu 2012.
4. Kriterji tal-Għoti
Kull attività eliġibbli li titressaq ser tkun ivvalutata fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:
|
— |
il-katalgu u l-linja editorjali (10 %) |
|
— |
id-dimensjoni Ewropea tal-katalgu (20 %) |
|
— |
Il-kwalità u l-ispejjeż meħtieġa apparagun mal-effikaċja tal-Mudell ta’ Negozju mressaq (20 %) |
|
— |
L-istrateġija għat-tqegħid fis-suq (20 %) |
|
— |
L-aspetti innovattivi tal-attività (10 %) |
|
— |
Id-dimensjoni tal-Iggruppar u n-Netwerking (10 %) |
|
— |
L-udjenza fiċ-ċentru tal-proġett u l-impatt potenzjali (10 %) |
5. Baġit
Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 7 000 000.
Il-kontribuzzjoni massima għal kull attività taħt dawn il-linji gwida hija EUR 1 000 000.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja ser jkollha l-għamla ta' għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija ma għandha qatt taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.
L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.
Meta jressqu l-proposti tagħhom, l-applikanti jistgħu jagħażlu bejn ftehim ta’ sena jew ftehim qafas ta’ sħubija ta’ tliet snin.
6. Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Ġunju 2011.
Jiġu aċċettati biss dawk l-applikazzjonijiet li jitressqu fuq il-formola ta’ applikazzjoni uffiċċjali, u li jkunu ffirmati b’mod xieraq mill-persuna li tkun awtorizzata tidħol f’impenji legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni li tkun qed tapplika. Fuq l-enveloppi huwa importanti li jinkiteb b’mod ċar:
MEDIA 2007 – Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografikia Diġitali – EACEA/06/11
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta’ posta rreġistrata jew servizz ta’ kurrier (spejjeż għall-applikant) f’dan l-indirizz:
|
Education, Audiovisual and Culture Executive Agency |
|
MEDIA 2007 – Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografikia Diġitali – EACEA/06/11 |
|
Mr Constantin DASKALAKIS |
|
BOUR 03/30 |
|
Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Ma jiġux aċċettati applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-fax jew bil-posta elettronika.
7. Dettalji sħaħ
Il-linji gwida dettaljati u l-formoli tal-applikazzjoni jinsabu fl-indirizz tal-Internet li ġej:
http://ec.europa.eu/culture/media/programme/newtech/vod_dcc/index_en.htm
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti kollha tal-linji gwida u għandhom jitressqu fuq il-formoli pprovduti.
(1) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.