Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/043/10

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6125 – Reale/Unnim/CSG) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 43, 11.2.2011, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 43/21


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6125 – Reale/Unnim/CSG)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2011/C 43/10

    1.

    Fl-4 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha Reale Seguros Generales, SA, (“Reale”, Spanja) ikkontrollata minn Società Reale Mutua di Assicurazioni (“Reale Mutua Group”, l-Italja) u Unnim (“Unnim”, Spanja) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' Caixasabadell Companyia d’Assegurances Generals, SA (“CSG”), Spanja, permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Reale: attiva fis-settur tal-assigurazzjoni fi Spanja,

    għal Reale Mutua Group: grupp internazzjonali attiv fis-setturi bankarji, tal-assigurazzjoni, tal-proprjetà immobbli u tas-servizzi,

    għal Unnim: grupp ta' kumpaniji involut prinċipalment f'operazzjonijiet bankarji u fuq livell ferm inqas fid-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni fi Spanja,

    għal CSG: attiva fis-settur tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja (inċidenti, nirien u diżastri naturali, telf mill-bejgħ tal-assi, responsabbiltà ġenerali, telf finanzjarju ieħor kif ukoll difiża u assistenza legali) fi Spanja.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6125 – Reale/Unnim/CSG, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Top