Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/088/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5487 – VOITH/RWEI/JV) Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 88, 17.4.2009, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5487 – VOITH/RWEI/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 88/04

1.

Fis-7 ta’ April 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriża Voith Hydro Holding GmbH & Co. KG (“VH”, il-Ġermanja) u l-impriża RWE Innogy (“RWEI”, il-Ġermanja) jakkwistaw skont l-Art. 3(1)(b) tar-Regolament il-kontroll konġunt tal-impriża konġunta ġdida (“NewCo”)

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

VH: impriża konġunta bejn il-Voith AG u Siemens AG, attiva fl-iżvilupp, il-manifattura u t-tmexxija ta' impjanti għall-produzzjoni tal-enerġija mill-ilma,

RWEI: Kumpanija proprjetà ta' RWE AG attiva fil-qasam tal-enerġija rinovabbli,

NewCo: Teknoloġiji għal impjanti li jipproduċu l-enerġija permezz tal-kurrenti fil-baħar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5487 – VOITH/RWEI/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top