Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/057/03

Sejħa għall-proposti tal-2009 — Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili — Proġetti ta' kooperazzjoni dwar l-istat ta' tħejjija u l-prevenzjoni

ĠU C 57, 11.3.2009, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/6


Sejħa għall-proposti tal-2009 — Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili — Proġetti ta' kooperazzjoni dwar l-istat ta' tħejjija u l-prevenzjoni

(2009/C 57/03)

1.

L-Unità tal-Protezzjoni Ċivili tad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea qed tniedi Sejħa għall-Proposti bil-għan li tidentifika proġetti ta' kooperazzjoni dwar l-istat ta' tħejjija u l-prevenzjoni li jistgħu jkunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili (2007/162/KE). Dan l-appoġġ finanzjarju ser ikun f'forma ta' għotjiet.

2.

L-oqsma kkonċernati, in-natura u l-kontenut tal-azzjonijiet, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-finanzjament huma mniżżlin fil-Gwida dwar l-Applikazzjoni għall-Għotja rilevanti, li fiha wkoll struzzjonijiet iddettaljati dwar fejn u meta għandhom jiġu sottomessi l-proposti. Il-gwida, kif ukoll il-formoli rilevanti tal-applikazzjoni għall-għotja jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku Ewropew li ġej:

http://ec.europa.eu/environment/funding/intro_en.htm

3.

Il-proposti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-indirizz indikat fil-Gwida dwar l-Applikazzjoni għall-Għotja sat-18 ta' Mejju 2009. Il-proposti għandhom jitwasslu bil-posta jew bil-kurrier privat sa mhux aktar tard mit-18 ta' Mejju 2009 (l-evidenza għandha tkun id-data ta' meta ntbagħtet, il-marka tal-posta jew id-data tal-formola tad-depożitu). Jistgħu wkoll jitwasslu personalment fl-indirizz speċifiku indikat fil-Gwida sa mhux aktar tard mill-17.00 tat-18 ta' Mejju 2009 (l-evidenza għandha tkun il-konferma tal-irċevuta ddatata u ffirmata mill-uffiċjal responsabbli).

Mhumiex se jiġu aċċettati proposti mibgħuta bil-feks, bil-posta elettronika, applikazzjonijiet mhux kompluti, jew applikazzjonijiet mibgħuta f'bosta partijiet.

4.

Il-proċedura tal-għoti tal-għotjiet hija skedata kif ġej:

il-wasla, id-dokumentazzjoni u l-konferma tal-wasla min-naħa tal-Kummissjoni,

l-istima tal-proposti mill-Kummissjoni,

id-deċiżjoni dwar l-għotja u n-notifika tar-riżultat lill-applikanti.

Il-benefiċjarji se jintgħażlu fuq il-bażi tal-kriterji mniżżlin fil-gwida msemmija fil-punt I.2 u fil-limiti tal-baġit disponibbli.

Fil-każ ta' approvazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, se jkun konkluż ftehim dwar l-għotja (imħejji fl-Euro) bejn il-Kummissjoni u l-parti li tkun qed tissottometti l-proposta.

Il-proċedura hija strettament kunfidenzjali


Top