Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/317/11

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5385 — Avnet/Abacus) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 317, 12.12.2008, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 317/18


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5385 — Avnet/Abacus)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 317/11)

    1.

    Fl-4 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Avnet Inc. (“Avnet”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll totali tal-impriża Abacus Group plc (“Abacus”, ir-Renju Unit) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fl-10 ta' Ottubru 2008.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Avnet: id-distribuzzjoni tal-komponenti elettroniċi (inklużi t-tagħmir ta' semikondutturi, interkonnessi, passivi u elettromekkaniċi, u prodotti inkorporati), prodotti tal-kompjuter u servizzi teknologiċi,

    għal Abacus: id-distribuzzjoni tal-komponenti elettroniċi (inklużi t-tagħmir ta' semikondutturi, interkonnessi, passivi u elettromekkaniċi, u prodotti inkorporati) kif ukoll l-komponenti tal-manifattura/assemblaġġ.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-transazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5385 — Avnet/Abacus, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussell


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Top