Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/235/36

    Kawża T-295/07: Rikors ippreżentat fit- 3 ta' Awwissu 2007 — Vitro Corporativo vs L-UASI — VKR Holding (Vitro)

    ĠU C 235, 6.10.2007, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 235/20


    Rikors ippreżentat fit-3 ta' Awwissu 2007 — Vitro Corporativo vs L-UASI — VKR Holding (Vitro)

    (Kawża T-295/07)

    (2007/C 235/36)

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Vitro Corporativo S.A. de C.V. (rappreżentant: J. Botella Reyna, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: VKR Holding A/S

    Talbiet tar-rikorrenti

    Tiġi mogħtija deċiżjoni li tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2.669.497 'Vitro' għall-prodotti fil-klassi 19.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali 'Vitro' għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 7, 8, 9, 12, 16, 17, 19, 20, 21, 22, 27, 30, 35, 39, 40, 41, 42 u 43 (Applikazzjoni Nru 2.669.497)

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: VKR Holding A/S.

    Trade mark jew sinjal invokat/a in sostenn ta'l-oppożizzjoni: it-trade marks verbali 'VITRAL': Komunitarja (Nru 651.745), Daniża (Nru 1956 1415 VR), Ġermaniża (Nru 725.452) u Britannika (Nru 1.436.897), għall-prodotti, inter alia, fil-klassi 19, li kontrihom kienet magħmula l-oppożizzjoni.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni u tiċħad it-talba għall-prodotti fil-klassi 19.

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad l-appell.

    Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), minħabba li s-sinjali in kwistjoni huma fonetikament u grafikament distinti.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p.1).


    Top