Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/207/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4802 — Tishman Speyer/Lehman Brothers/Archstone-Smith) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 207, 6.9.2007, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 207/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4802 — Tishman Speyer/Lehman Brothers/Archstone-Smith)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 207/06)

1.

Fid-29 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Tishman Speyer Properties L.P. (“Tishman Speyer”, l-Istati Uniti) u Lehman Brothers Holdings Inc. (“Lehman Brothers”, l-Istati Uniti) jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriżi Archstone-Smith Trust u Archstone-Smith Operating Trust (flimkien “Archstone-Smith”, l-Istati Uniti).

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża Tishman Speyer: proprjetarju, żvilippatur, amministratur tal-fondi u operatur ta' proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali;

għall-impriża Lehman Brothers: bank ta' investiment;

għall-impriża Archstone-Smith: proprjetarju, żvilippatur u operatur ta' proprjetà immobbli fil-biċċa l-kbira residenzjali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-publikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4802 — Tishman Speyer/Lehman Brothers/Archstone-Smith, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top