Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/199/07

Kawża C-255/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 5 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Stima ta' l-impatt ta' ċerti proġetti fuq l-ambjent — Irkupru ta' skart — Twettiq tat- tielet linja ta' l-inċineratur ta' skart ta' Brescia — Pubblikazzjoni ta' l-applikazzjoni għal permess — Direttivi 75/442/KEE, 85/337/KEE u 2000/76/KE)

ĠU C 199, 25.8.2007, pp. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 199/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-255/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Stima ta' l-impatt ta' ċerti proġetti fuq l-ambjent - Irkupru ta' skart - Twettiq tat-“tielet linja’ ta' l-inċineratur ta' skart ta' Brescia - Pubblikazzjoni ta' l-applikazzjoni għal permess - Direttivi 75/442/KEE, 85/337/KEE u 2000/76/KE)

(2007/C 199/07)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M. Konstantinidis, aġent, F. Louis u A. Capobianco, avukati]

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. M. Braguglia, aġent, M. Fiorilli, avukat)

Intervenjenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda tan-Nord (rappreżentanti: T. Harris, aġent u J. Maurici, barrister)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 2(1) u 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE tat-3 ta' Marzu 1997 (ĠU L 73, p. 5) — Ksur ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' l-4 ta' Diċembru 2000, dwar l-inċinerazzjoni ta' skart (ĠU L 332, p.91) — Awtorizzazzjoni mogħtija mingħajr evalwazzjoni u mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' l-applikazzjoni għall-permess — Twettiq tat-“tielet linja” ta' inċinerazzjoni ta' l-iskart minn ASM di Brescia SpA

Dispożittiv

1)

Peress li qabel il-ħruġ tal-permess għal bini ma ssuġġettatx il-proġett ta' twettiq tat-tielet linja ta' l-inċineratur tal-kumpannija ASM Brescia SpA għall-proċedura ta' stima ta' impatt fuq l-ambjent prevista fl-Artikoli 5 sa 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta' Marzu 1997, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2(1) u 4(1) ta' l-imsemmija Direttiva.

2)

Peress li ma rrendietx id-dikjarazzjoni tal-bidu ta' l-operat tat-tielet linja ta' l-inċineratur aċċessibbli għall-pubbliku f'post wieħed jew aktar għal matul perijodu xieraq, sabiex il-pubbliku jkun jista' jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu qabel ma l-awtorità kompetenti tieħu deċiżjoni, u peress li ma qegħditx għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-deċiżjonijiet relatati ma' din id-dikjarazzjoni, flimkien ma' kopja ta' dan il-permess, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2000/76 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' l-4 ta' Diċembru 2000, dwar l-inċinerazzjoni ta' skart.

3)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

4)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 205, 20.8.2005.


Top