This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/183/44
Case C-289/07: Action brought on 14 June 2007 — Commission of the European Communities v Portuguese Republic
Kawża C-289/07: Rikors imressaq fl- 14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Portugall
Kawża C-289/07: Rikors imressaq fl- 14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Portugall
ĠU C 183, 4.8.2007, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
4.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 183/25 |
Rikors imressaq fl-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Portugall
(Kawża C-289/07)
(2007/C 183/44)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Caeiros u D. Kukovec, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta' Portugall
Talbiet
|
— |
prinċipalment, tiddikjara li, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE, tal-31 ta' Marzu 2004 (1), li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, ir-Repubblika tal-Portugall naqset mill-obbligi imposta fuqha skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 71(1) ta' l-imsemmija Direttiva 2004/17/KE; |
|
— |
sussidjarjament, tiddikjara li, f'kull każ, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni d-dispożizzjoni adottati f'dan is-sens, ir-Repubblika tal-Portugall naqset mill-obbligi imposti fuqha skond l-imsemmija dispożizzjoni; |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika tal-Portugall tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-31 ta' Jannar 2006.
(1) ĠU L 134, p. 1.