This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/154/05
Call for proposals for indirect actions under the multiannual Community Programme to make digital content in Europe more accessible, usable and exploitable (The e Content plus Programme) Text with EEA relevance
Sejħa għal proposti għal azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Komunitarju multiannwali sabiex il-kontenut diġitali fl-Ewropa jsir iżjed aċċessibbli u jkun jista' jiġi użat u sfruttat aktar (Il-Programm e Content plus ) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Sejħa għal proposti għal azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Komunitarju multiannwali sabiex il-kontenut diġitali fl-Ewropa jsir iżjed aċċessibbli u jkun jista' jiġi użat u sfruttat aktar (Il-Programm e Content plus ) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 154, 7.7.2007, pp. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
7.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 154/13 |
Sejħa għal proposti għal azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Komunitarju multiannwali sabiex il-kontenut diġitali fl-Ewropa jsir iżjed aċċessibbli u jkun jista' jiġi użat u sfruttat aktar (Il-Programm eContentplus)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 154/05)
1. Għanijiet u Deskrizzjoni
Il-Kummissjoni Ewropea adottat Programm ta' Ħidma u sejħa għall-proposti għas-sena 2007 sabiex timplimenta l-Programm eContentplus (1).
Din is-sejħa attwali hija miftuħa għal proposti għal azzjonijiet indiretti li jindirizzaw l-oqsma u l-attivitajiet li ġejjin:
|
— |
Informazzjoni ġeografika
|
|
— |
Kontenut edukattiv
|
|
— |
Libreriji diġitali
|
|
— |
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-partijiet interssati tas-settur tal-kontenut diġitali
|
2. L-applikanti eliġibbli
Il-parteċipazzjoni fil-programm eContentplus hija miftuħa għal entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Istati Membri ta' l-UE.
Hija miftuħa wkoll għal entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Istati ta' l-EFTA li huma partijiet kontraenti mal-Ftehim ŻEE (l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja), skond id-dispożizzjonijiet ta' dak il-Ftehim (2).
Entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-Kroazja, fit-Turkija u fl-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jistgħu jieħdu sehem fi proposta, iżda jirċievu fondi, biss, jekk ikun ġie konkluż ftehim bilaterali mal-pajjiż konċernat, skond dan.
Il-parteċipazzjoni ta' entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali hija possibbli, għalkemm mingħajr appoġġ finanzjarju mill-Komunità.
3. Baġit
Il-baġit totali maħsub għall-kofinanzjament ta' azzjonijiet indiretti huwa ta' 46,7 miljun EUR
4. L-iskadenza
Il-limitu taż-żmien għall-ilqugħ tal-proposti mill-Kummissjoni huwa sa l-4 ta' Ottubru 2007 fil-17:00 (ħin lokali tal-Lussemburgu).
5. Aktar tagħrif
It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti u l-formoli ta' applikazzjoni huma disponibbli fuq is-sit li ġej: http://ec.europa.eu/econtentplus
L-applikazzjonijiet kollha jridu jkunu konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet deskritti fit-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti, il-Programm ta' Ħidma u ta' Gwida għal min jipproponi, li huma disponibbli bl-Ingliż fuq is-sit tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq. Dawn jinkludu informazzjoni dwar kif jitħejjew u jitressqu l-proposti.
L-evalwazzjoni tal-proposti se tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' trasparenza u trattament indaqs. Din se titwettaq mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta' esperti esterni. Kull sottomissjoni se tkun eżaminata abbażi ta' kriterji ta' evalwazzjoni stipulati fil-Programm ta' Ħidma eContentplus.
Kull proposta li tasal għand il-Kummissjoni Ewropea se tiġi ttrattata b'mod strettament kunfidenzjali.
(1) Id-Deċiżjoni Nru 456/2005/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2005 li tistabbilixxi programm multinnwali tal-Komunità biex il-kontenut diġitali fl-Ewropa jsir iżjed aċċessibbli u jkun jista' jiġi użat u mħaddem aktar (ĠU L 79, 24.3.2005, p.1)
(2) Informazzjoni aġġornata dwar liema pajjiżi jieħdu sehem fil-programm hija ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropej. Lista aġġornata hija wkoll disponibbli fuq is-sit tal-programm http://ec.europa.eu/econtentplus.