This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2005/169/04
Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża għall-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid- 19 ta' Ġunju 1980
Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża għall-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid- 19 ta' Ġunju 1980
ĠU C 169, 8.7.2005, pp. 26–27
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
|
8.7.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/26 |
KONVENZJONI
dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża għall-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA GĦAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,
WARA LI KKUNSIDRAW li r-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, ladarba saru Membri tal-Komunità, intrabtu li jaderixxu għall-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980,
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI:
Melchior WATHELET,
Deputat Prim Ministru, Ministru għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Ekonomiċi
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA:
Michael BENDIK,
Ministru għall-Ġustizzja
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA:
Wolfgang HEYDE,
Direttur Ministerjali fil-Ministeru Federali għall-Ġustizzja
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA:
Michalis PAPACONSTANTINOU,
Ministru għall-Ġustizzja
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA' SPANJA:
Tomás DE LA QUADRA-SALCEDO y Fernández DEL CASTILLO,
Ministru għall-Ġustizzja
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA:
Michel VAUZELLE,
Gwardjan tas-Siġilli, Ministru għall-Ġustizzja
IL-PRESIDENT TA' L-IRLANDA:
Pádraig FLYNN,
Ministru għall-Ġustizzja
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA:
Giovanni BATTISTINI,
Ambaxxatur f'Liżbona
L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU:
Charles ELSEN,
L-Ewwel Kunsillier tal-Gvern
IL- MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA:
E. M. H. HIRSCH BALLIN,
Ministru għall-Ġustizzja
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA:
Álvaro José BRILHANTE LABORINHO LÚCIO,
Ministru għall-Ġustizzja
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ:
John Mark TAYLOR,
Sotto-Segretarju Parlamentari ta' l-Istat għad-Dipartiment tal-Lord Kanċillier
FTIEHMU KIF ĠEJ:
L-Artikolu 1
Ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża b'dan jaderixxu għall-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980.
L-Artikolu 2
Il-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali hija b'dan emendata kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 22(2), l-Artikolu 27 u t-tieni sentenza ta' l-Artikolu 30(3) għandhom jitħassru; |
|
2. |
dan li ġej għandu jissostitwixxi l-Artikolu 31(d):
. |
L-Artikolu 3
Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej għandu jibgħat kopja ċertifikata tal-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali bil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Irlandiża u Taljana lill-Gvernijiet tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża.
It-test tal-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali bil-lingwa Portugiża u Spanjola jinsab fl-Annessi I u II ta' din il-Konvenzjoni. It-testi mfassla bil-lingwa Portugiża u Spanjola għandhom ikunu awtentiċi taħt l-istess kondizzjonijiet bħat-testi l-oħra tal-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali.
L-Artikolu 4
Din il-Konvenzjoni għandha tiġi ratifikata mill-Istati Firmatarji. L-istrumenti ta' ratifika għandhom jiġu depożitati mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.
L-Artikolu 5
Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ, fir-relazzjonijiet bejn l-Istati li rratifikawha, fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu ta' l-aħħar strument ta' ratifika mir-Renju ta' Spanja jew ir-Repubblika Portugiża u minn Stat wieħed li rratifika l-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali.
Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ għal kull Stat Kontraenti li sussegwentement jirratifikaha fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu ta' l-istrument ta' ratifika tiegħu.
L-Artikolu 6
Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej għandu jinnotifika lill-Istati firmatarji dwar:
|
(a) |
id-depożitu ta' kull strument ta' ratifika |
|
(b) |
id-dati tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni għall-Istati Kontraenti. |
L-Artikolu 7
Din il-Konvenzjoni, imfassla f'oriġinal uniku bil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Irlandiża, Taljana, Portugiża u Spanjola, bit-testi kollha jkunu ugwalment awtentiċi, għandha tiġi depożitata fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej. Is-Segretarju Ġenerali għandu jibgħat kopja ċertifikata lill-Gvern ta' kull Stat Firmatarju.