This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C/2024/02467
New national side of euro coins intended for circulation
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
PUB/2024/229
ĠU C, C/2024/2467, 27.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2467/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2467 |
27.3.2024 |
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(C/2024/2467)
Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Lussemburgu
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż emittenti: Il-Lussemburgu
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-100 anniversarju mill-iffirmar mill-Gran Dukessa Charlotte tad-digriet tal-Gran Dukat dwar il-ħruġ tal-munita diviżjonali fin-nikil, komunement imsejjaħ “Feierstéppler”
Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri fiċ-ċentru tiegħu r-rappreżentazzjoni tal-munita tal-Lussemburgu maħruġa fl-1924 li turi ħaddiem fl-industrija tal-azzar, b’din ir-rappreżentazzjoni tiġi integrata fil-figura “100” bħala indikazzjoni tal-anniversarju tal-ewwel ħruġ ta’ waħda mill-itwal muniti franki tal-Lussemburgu li jiċċirkolaw. L-isem tal-pajjiż emittenti LÉTZEBUERG kif ukoll id-data tas-sena 2024 jidhru fin-naħa ta’ fuq tad-disinn.
Il-qiegħ tad-disinn juri l-kelma “FEIERSTÉPPLER”, id-deżinjazzjoni komuni u popolari ta’ din il-munita. Il-monogramma (ittra “H” b’kuruna) hija rappreżentazzjoni tal-Gran Duka Henri. Peress li għadha ma ġietx deżinjata zekka għall-produzzjoni, il-marki taz-zekka jistgħu jiddaħħlu fl-ispazju maħsub għal dan.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 200 000
Id-data tal-ħruġ: Jannar 2024
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2467/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)