Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024TN0480

Kawża T-480/24: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2024 – Le Pen vs Il-Parlament

ĠU C, C/2024/6446, 4.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6446/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6446/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6446

4.11.2024

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2024 – Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T-480/24)

(C/2024/6446)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Marie Le Pen (Rueil Malmaison, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddeċiedi li d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2024 ittieħdet bi ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi;

tiddeċiedi li d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2024 ittieħdet bi ksur tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2024, innotifikata fit-18 ta’ Lulju 2024 lill-mandatarji tiegħu, li tikkonstata kreditu kontra r-rikorrent fl-ammont ta’ EUR 303 200,99 abbażi ta’ ammonti mħallsa indebitament fl-ambitu tal-linja tal-baġit 400 u li timmotiva l-irkupru ta’ dan l-ammont;

tannulla n-nota ta’ debitu Nru 7040001694 tad-9 ta’ Lulju 2024;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Ir-rikorrent jikkritika d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni ta’ separazzjoni tal-proċeduri mogħtija fit-3 ta’ Lulju 2024 mit-tribunal correctionnel de Paris (il-Qorti Kriminali ta’ Pariġi) fid-dawl tal-istat ta’ saħħa tiegħu. Id-deċiżjoni kkontestata hija kkritikata sa fejn ma tiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrent ma għandu ebda għarfien tal-għan, tas-sens jew tal-portata tal-proċedura mibdija quddiem il-Qorti Ġenerali u ma jistax jipprepara għaliha u jsegwiha b’mod utli.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ xieraq.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6446/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top