This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023TN0025
Case T-25/23: Action brought on 27 January 2023 — Orgatex v EUIPO — Longton (Ground marking)
Kawża T-25/23: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2023 – Orgatex vs EUIPO – Longton (Bodenmarkierung)
Kawża T-25/23: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2023 – Orgatex vs EUIPO – Longton (Bodenmarkierung)
ĠU C 94, 13.3.2023, p. 59–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/59 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2023 – Orgatex vs EUIPO – Longton (Bodenmarkierung)
(Kawża T-25/23)
(2023/C 94/71)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Orgatex GmbH & Co. KG (Langenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Jacobs, M. Maybaum u M. Dümenil, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lawrence Longton (Brindle, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea “Bodenmarkierung” –disinn tal-Unjoni Nru 1112155-0001
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 110/2022-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Bord tal-Appell, inkluż, b’mod partikolari, l-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 25(1)(a) u tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002. |