Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0018

    Kawża C-18/23, Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach (il-Polonja) fit-18 ta’ Jannar 2023 – F S.A. vs Dyrektorowi Krajowej Informacji Skarbowej

    ĠU C 155, 2.5.2023, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 155/27


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach (il-Polonja) fit-18 ta’ Jannar 2023 – F S.A. vs Dyrektorowi Krajowej Informacji Skarbowej

    (Kawża C-18/23, Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej)

    (2023/C 155/34)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: F S.A.

    Konvenut: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

    Domanda preliminari

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(1) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Artikoli 18, 49 kif ukoll 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-istabbiliment ta’ rekwiżiti formali fid-dritt nazzjonali, bħal fil-kawża prinċipali, fejn l-istituzzjonijiet ta’ investiment kollettiv li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, minbarra fir-Repubblika tal-Polonja, jew fi Stat ieħor taż-Żona Ekonomika Ewropea jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq id-dħul, jiġifieri mir-rekwiżit li [dawn l-istituzzjonijiet] jitmexxew minn entitajiet esterni li jeżerċitaw l-operat tagħhom fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti fis-swieq finanzjarji tal-Istat li fih dawn l-entitajiet għandhom is-sede tagħhom?


    (1)  ĠU 2009, L 302 p. 32.


    Top