Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0504

    Kawża T-504/22: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2022 – Levantur vs EUIPO – Fantasia Hotels & Resorts (Fantasia BAHIA PRINCIPE HOTELS & RESORTS)

    ĠU C 380, 3.10.2022, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 380/24


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2022 – Levantur vs EUIPO – Fantasia Hotels & Resorts (Fantasia BAHIA PRINCIPE HOTELS & RESORTS)

    (Kawża T-504/22)

    (2022/C 380/29)

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Levantur, SA (Murcia, Spanja) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, E. Armero Lavie u C. Caballero Pastor, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fantasia Hotels & Resorts, SL (Zaragoza, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva Fantasia BAHIA PRINCIPE HOTELS & RESORTS – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 365 016

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Mejju 2022 fil-Każ R 1000/2021-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti (FANTASÍA HOTELS & RESORTS, SL), għall-ispejjeż relatati mar-rikors preżenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

    tikkundanna lill-parti li talbet il-kanċellazzjoni, FANTASÍA HOTELS & RESORTS, SL, għall-ispejjeż relatati mal-proċedimenti ta’ appell R 1000/2021-1 u ta’ kanċellazzjoni Nru 36483 C

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 16(1)(b), tal-Artikolu 7(2)(d), tal-Artikolu 8(5), u tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625, kif ukoll tal-prinċipji ta’ motivazzjoni, ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba;

    Ksur tal-Artikolu 60(1)(c), tal-Artikolu 8(4), tal-Artikolu 95(1), u tal-Artikolu 97(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-Artikolu 7(2)(d), u tal-Artikolu 10(3) u (4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625, kif ukoll tal-ġurisprudenza stabbilita;

    Ksur tal-Artikolu 8(1), tal-Artikolu 60(1)(c) u tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top