EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0135

Kawża T-135/22: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2022 – Deckers Outdoor vs EUIPO – Chunxian (TULEUGG)

ĠU C 198, 16.5.2022, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 198, 16.5.2022, p. 35–36 (GA)

16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/51


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2022 – Deckers Outdoor vs EUIPO – Chunxian (TULEUGG)

(Kawża T-135/22)

(2022/C 198/75)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Deckers Outdoor Corp. (Goleta, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Improda u C. Brega, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Guo Chunxian (Mengzhou, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TULEUGG – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 156 704

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Diċembru 2021 fil-Każ R 412/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla u taqleb id-deċiżjoni kkontestata;

konsegwentement, tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 156 704 għat-trade mark TULEUGG;

tikkundanna lill-EUIPO u/jew lil G. Chunxian għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, kif ukoll għal dawk marbuta mal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Ħames Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top