Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0728

Kawża C-728/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Associazione Nazionale Italiana Bingo – Anib, Play Game Srl vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

ĠU C 94, 13.3.2023, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Associazione Nazionale Italiana Bingo – Anib, Play Game Srl vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

(Kawża C-728/22)

(2023/C 94/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Associazione Nazionale Italiana Bingo – Anib, Play Game Srl

Appellati: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (1), kif ukoll il-prinċipji ġenerali li jirriżultaw mit-Trattat, u b’mod partikolari l-Artikoli 15, 16, 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 8, 49, 56, 12, 145 u 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw fil-konfront ta’ konċessjonijiet ta’ amministrazzjoni ta’ logħob tal-Bingo li jkunu ngħataw bi proċedura ta’ għażla fl-2000, li skadew u li sussegwentement ġew ripetutament estiżi fl-effettività tagħhom permezz ta’ dispożizzjonijiet legali li daħlu fis-seħħ wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva u wara li kien skada l-perijodu għat-traspożizzjoni tagħha?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, id-Direttiva 2014/23/UE tipprekludi interpretazzjoni jew applikazzjoni ta’ regoli legali interni, jew prattiki ta’ implimentazzjoni abbażi ta’ dawk ir-regoli, b’mod li ċċaħħad lill-amministrazzjoni mis-setgħa diskrezzjonali li tagħti bidu, fuq talba tal-partijiet ikkonċernati, għal proċedura amministrattiva intiża biex tibdel il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-konċessjonijiet, permezz jew mingħajr proċedura ta’ għoti ġdida skont jekk in-negozzjar mill-ġdid tal-bilanċ kuntrattwali jikkwalifikax jew le bħala bidla sostanzjali, fil-każijiet fejn iseħħu avvenimenti mhux imputabbli għall-partijiet, li ma jkunux previsti u lanqas prevedibbli, li jkollhom impatt sinjifikattiv fuq il-kundizzjonijiet normali ta’ riskju operattiv, sakemm jibqgħu jeżistu tali kundizzjonijiet u għaż-żmien neċessarju biex eventwalment jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju oriġinali tal-konċessjonijiet?

3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (2), kif emendata bid-Direttiva 2014/23/UE, tipprekludi interpretazzjoni jew applikazzjoni ta’ regoli legali interni, jew prattiki ta’ implimentazzjoni abbażi ta’ dawk ir-regoli, b’mod li l-leġiżlatur jew l-amministrazzjoni pubblika jkunu jistgħu jissuġġettaw il-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti mill-ġdid tal-konċessjonijiet tal-logħob għall-kundizzjoni tas-sħubija mill-konċessjonarju mas-sistema ta’ estensjoni teknika, anki fil-każ fejn tkun eskluża l-possibbiltà ta’ negozzjar mill-ġdid tal-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-konċessjoni bil-għan li jiġu bbilanċjati mill-ġdid, bħala konsegwenza ta’ avvenimenti mhux imputabbli għall-partijiet, li ma jkunux previsti u lanqas prevedibbli, li jkollhom impatt sinjifikattiv fuq il-kundizzjonijiet normali ta’ riskju operattiv, sakemm jibqgħu jeżistu tali kundizzjonijiet u għaż-żmien neċessarju biex eventwalment jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju oriġinali tal-konċessjonijiet?

4)

Fi kwalunkwe każ, l-Artikoli 49 u 56 TFUE u l-prinċipji ta’ ċertezza u ta’ effettività tal-protezzjoni legali, kif ukoll il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu interpretazzjoni jew applikazzjoni ta’ regoli legali interni, jew prattiki ta’ implimentazzjoni abbażi ta’ dawk ir-regoli, li jċaħħdu lill-amministrazzjoni mis-setgħa diskrezzjonali li tagħti bidu, fuq talba tal-partijiet ikkonċernti, għal proċedura amministrattiva intiża biex tibdel il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-konċessjonijiet, permezz jew mingħajr proċedura ta’ għoti ġdida skont jekk in-negozzjar mill-ġdid tal-bilanċ kuntrattwali jikkwalifikax jew le bħala bidla sostanzjali, fil-każijiet fejn iseħħu avvenimenti mhux imputabbli għall-partijiet, li ma jkunux previsti u lanqas prevedibbli, li jkollhom impatt sinjifikattiv fuq il-kundizzjonijiet normali ta’ riskju operattiv, sakemm jibqgħu jeżistu tali kundizzjonijiet u għaż-żmien neċessarju biex eventwalment jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju oriġinali tal-konċessjonijiet?

5)

L-Artikoli 49 u 56 TFUE u l-prinċipji ta’ ċertezza u ta’ effettività tal-protezzjoni legali, kif ukoll il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu interpretazzjoni jew applikazzjoni ta’ regoli legali interni, jew prattiki ta’ implimentazzjoni abbażi ta’ dawk ir-regoli, b’mod li l-leġiżlatur jew l-amministrazzjoni pubblika jkunu jistgħu jissuġġettaw il-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti mill-ġdid tal-konċessjonijiet tal-logħob għall-kundizzjoni tas-sħubija mill-konċessjonarju mas-sistema ta’ estensjoni teknika, anki fil-każ fejn tkun eskluża l-possibbiltà ta’ negozzjar mill-ġdid tal-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-konċessjoni bil-għan li jiġu bbilanċjati mill-ġdid, bħala konsegwenza ta’ avvenimenti mhux imputabbli għall-partijiet, li ma jkunux previsti u lanqas prevedibbli, li jkollhom impatt sinjifikattiv fuq il-kundizzjonijiet normali ta’ riskju operattiv, sakemm jibqgħu jeżistu tali kundizzjonijiet u għaż-żmien neċessarju biex eventwalment jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju oriġinali tal-konċessjonijiet?

6)

B’mod iktar ġenerali, l-Artikoli 49 u 56 TFUE u l-prinċipji ta’ ċertezza u ta’ effettività tal-protezzjoni legali, kif ukoll il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi mingħand l-amministraturi tas-swali tal-Bingo l-ħlas ta’ miżata oneruża kull xahar għall-estensjoni teknika mhux prevista mill-atti ta’ konċessjoni oriġinali, ta’ ammont identiku għat-tipi kollha ta’ operatur u emendata minn żmien għal żmien mil-leġiżlatur mingħajr ebda relazzjoni pprovata mal-karatteristiki u mal-andament tar-relazzjoni konċessjonarja individwali?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 114, p. 24, u fil-ĠU 2018, L 82, p. 17.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246, rettifika fil-ĠU 2016, L 63, p. 44.


Top