Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0484

    Kawża C-484/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Lulju 2022 – Bundesrepublik Deutschland vs GS, irrappreżentat mill-ġenituri

    ĠU C 380, 3.10.2022, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 380/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Lulju 2022 – Bundesrepublik Deutschland vs GS, irrappreżentat mill-ġenituri

    (Kawża C-484/22)

    (2022/C 380/08)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesverwaltungsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Bundesrepublik Deutschland

    Konvenut: GS, irrappreżentat mill-ġenituri

    Parti oħra fil-proċedura: ir-rappreżentant tal-interess federali fil-Bundesverwaltungsgericht

    Domanda preliminari

    Il-punti (a) u (b) tal-ewwel parti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn iċaħħdu assolutament minn kull legalità deċiżjoni ta’ ritorn kontra ċittadin minuri ta’ Stat terz adottata flimkien maċ-ċaħda tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali u li tistabbilixxi terminu għat-tluq volontarju ta’ tletin jum minn meta d-deċiżjoni ssir finali, meta minħabba raġunijiet legali u għal żmien indeterminat, l-ebda wieħed mill-ġenituri ma jista’ jiġi rritornat lejn il-pajjiż partikolari msemmi fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2008/115, u li konsegwentement wieħed ma jistax jeżiġi mill-minorenni li jitlaq mill-Istat Membru minħabba r-rabtiet tiegħu tal-familja li huma denji ta’ protezzjoni (Artikolu 7 u Artikolu 24(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2), Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem), jew huwa suffiċjenti li l-aħjar interessi tal-minuri u r-rabtiet tal-familja, fis-sens tal-punti (a) u (b) tal-ewwel parti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115 ikollhom jittieħdu inkunsiderazzjoni abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn permezz ta’ sospensjoni tat-tneħħija?


    (1)  ĠU 2008, L 348, p. 98.

    (2)  ĠU 2012, C 326, p. 391.


    Top