Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0307

Kawża C-307/22, FT (Kopji tal-fajl mediku): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – FT vs DW (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Artikoli 12, 15 u 23 – Dritt ta’ aċċess tas-suġġett tad-data għad-data tiegħu li tkun qiegħda tiġi pproċessata – Dritt li tinkiseb mingħajr ħlas l-ewwel kopja ta’ din id-data – Ipproċessar ta’ data ta’ pazjent mit-tabib tiegħu – Fajl mediku – Raġunijiet għat-talba għal aċċess – Użu tad-data għall-finijiet tal-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-persuna li tipprovdi trattament mediku – Kunċett ta’ “kopja”)

ĠU C, C/2023/1109, 4.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1109/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1109/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1109

4.12.2023

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – FT vs DW

(Kawża C-307/22 (1), FT (Kopji tal-fajl mediku))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ipproċessar ta’ data personali - Regolament (UE) 2016/679 - Artikoli 12, 15 u 23 - Dritt ta’ aċċess tas-suġġett tad-data għad-data tiegħu li tkun qiegħda tiġi pproċessata - Dritt li tinkiseb mingħajr ħlas l-ewwel kopja ta’ din id-data - Ipproċessar ta’ data ta’ pazjent mit-tabib tiegħu - Fajl mediku - Raġunijiet għat-talba għal aċċess - Użu tad-data għall-finijiet tal-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-persuna li tipprovdi trattament mediku - Kunċett ta’ “kopja”)

(C/2023/1109)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FT

Konvenut: DW

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 12(5) u l-Artikolu 15(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-obbligu li s-suġġett tad-data jingħata, mingħajr ħlas, l-ewwel kopja tad-data personali tiegħu li tkun qiegħda tiġi pproċessata huwa impost fuq il-kontrollur responsabbli għall-ipproċessar anki meta din it-talba tkun motivata minn għan li ma jkunx marbut ma’ dawk previsti fl-ewwel sentenza tal-premessa 63 tal-imsemmi regolament.

2)

L-Artikolu 23(1)(i) tar-Regolament 2016/679

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni leġiżlazzjoni nazzjonali adottata qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament. Madankollu, tali possibbiltà ma tippermettix li tiġi adottata leġiżlazzjoni nazzjonali li, bil-għan li tipproteġi l-interessi ekonomiċi tal-kontrollur responsabbli għall-ipproċessar, timponi fuq is-suġġett tad-data l-ispejjeż tal-ewwel kopja tad-data personali tiegħu li tkun is-suġġett ta’ dan l-ipproċessar.

3)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament 2016/679

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

fil-kuntest ta’ relazzjoni bejn tabib u pazjent, id-dritt li tinkiseb kopja tad-data personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata jimplika li s-suġġett tad-data jingħata riproduzzjoni fidila u li tinftiehem ta’ din id-data kollha. Dan id-dritt jimplika d-dritt li tinkiseb kopja sħiħa tad-dokumenti li jinsabu fil-fajl mediku tiegħu li jinkludu, fost oħrajn, l-imsemmija data, jekk il-provvista ta’ tali kopja tkun neċessarja sabiex is-suġġett tad-data jkun jista’ jivverifika l-eżattezza u l-kompletezza tagħha kif ukoll sabiex jiġi ggarantit li din id-data tkun tista’ tinftiehem. Fir-rigward tad-data dwar is-saħħa tas-suġġett tad-data, dan id-dritt jinkludi fi kwalunkwe każ dak li jikseb kopja tad-data tal-fajl mediku tiegħu b’informazzjoni bħalma huma d-dijanjosi, ir-riżultati ta’ eżamijiet, l-opinjonijiet tat-tobba li jipprovdu trattament u kull trattament jew intervent amministrati lil dan is-suġġett tad-data.


(1)   ĠU C 311, 16.8.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1109/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top