EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0745

Kawża T-745/21: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2021 – Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien vs EUIPO – Cantina San Donaci (Passo Lungo)

ĠU C 37, 24.1.2022, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/51


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2021 – Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien vs EUIPO – Cantina San Donaci (Passo Lungo)

(Kawża T-745/21)

(2022/C 37/67)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien GmbH (Freiburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Schmidt-Hern u A. Lubberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cantina Sociale Cooperativa San Donaci (San Donaci, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Passo Lungo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 082 770

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 130/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 46(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top