EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0699

Kawża T-699/21: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2021 – Peace United vs EUIPO – 1906 Collins (MY BOYFRIEND IS OUT OF TOWN)

ĠU C 37, 24.1.2022, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/40


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2021 – Peace United vs EUIPO – 1906 Collins (MY BOYFRIEND IS OUT OF TOWN)

(Kawża T-699/21)

(2022/C 37/53)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Peace United Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Artzimovitch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: 1906 Collins LLC (Miami, Florida, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MY BOYFRIEND IS OUT OF TOWN” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 352 804

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 276/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn, wara żbalji differenti ta’ evalwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi u wara ksur tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba, il-Bord tal-Appell qies li ma sarx użu ġenwin tat-trade mark tal-Unjoni MY BOYFRIEND IS OUT OF TOWN Nru 11 352 804 matul il-perijodu kontenzjuż għas-servizzi msemmija fil-klassijiet 41 u 43;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 63(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ evalwazzjoni fuq in-natura inġusta tal-azzjoni għal revoka;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-użu ġenwin tat-trade mark.


Top