This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0200
Case T-200/21: Action brought on 29 March 2021 — JS v EDPS
Kawża T-200/21: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2021 – JS vs EDPS
Kawża T-200/21: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2021 – JS vs EDPS
ĠU C 217, 7.6.2021, p. 61–62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/61 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2021 – JS vs EDPS
(Kawża T-200/21)
(2021/C 217/77)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: JS (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)
Konvenut: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-KEPD tat-18 ta’ Jannar 2021 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent; |
— |
tannulla wkoll, u sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal-KEPD tad-9 ta’ Marzu 2021 li tiċħad it-talba għal reviżjoni ta’ dik id-deċiżjoni inizjali; |
— |
tordna kumpens għad-dannu mġarrab; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, li jallega ksur tal-Artikoli 4(1), 5, 19, 20 u 23 tar-Regolament Nru 2018/1725 (1), tal-prinċipji ta’ neċessità u proporzjonalità, u tal-Artikoli 8 u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unj oni.
(1) Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU 2018, L 295, p. 39).