Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0157

    Kawża T-157/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2021 – RG vs Il-Kunsill (“Rikors għal annullament – Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja – Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn, minn naħa, l-Unjoni u l-Euratom u, min-naħa l-oħra, ir-Renju Unit – Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni – Mekkaniżmu ta’ konsenja fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest – Persuna arrestata u miżmuma fl-Irlanda wara t-tmiem tal-perijodu ta’ transizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest maħruġ mir-Renju Unit matul il-perijodu ta’ transizzjoni – Nuqqas ta’ assenjazzjoni individwali – Att mhux regolatorju – Inammissibbiltà”)

    ĠU C 37, 24.1.2022, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/32


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2021 – RG vs Il-Kunsill

    (Kawża T-157/21) (1)

    (“Rikors għal annullament - Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja - Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn, minn naħa, l-Unjoni u l-Euratom u, min-naħa l-oħra, ir-Renju Unit - Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni - Mekkaniżmu ta’ konsenja fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest - Persuna arrestata u miżmuma fl-Irlanda wara t-tmiem tal-perijodu ta’ transizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest maħruġ mir-Renju Unit matul il-perijodu ta’ transizzjoni - Nuqqas ta’ assenjazzjoni individwali - Att mhux regolatorju - Inammissibbiltà”)

    (2022/C 37/44)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: RG (rappreżentant: R. Purcell, solicitor)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, J. Ciantar u A. Stefanuc, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2252 tad-29 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (ĠU 2020, L 444, p. 2).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet ta’ intervent tal-Irlanda u tal-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    RG huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minbarra dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

    4)

    RG, il-Kunsill, l-Irlanda u l-Kummissjoni għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talbiet tal-intervent.


    (1)  ĠU C 288, 14.6.2021.


    Top