Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0716

Kawża C-716/21 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2021 minn Graham R. Watson (T-245/20) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawżi magħquda T-240/20 sa T-245/20, Arnaoutakis et vs Il-Parlament

ĠU C 37, 24.1.2022, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/23


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2021 minn Graham R. Watson (T-245/20) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawżi magħquda T-240/20 sa T-245/20, Arnaoutakis et vs Il-Parlament

(Kawża C-716/21 P)

(2022/C 37/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Graham R. Watson (rappreżentanti: J. M. Martínez Gimeno, abogado, D. Sarmiento Ramírez-Escudero, abogado, E. Arnaldos Orts, abogado, F. Doumont, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Tannulla s-sentenza appellata fit-totalità tagħha;

Tiddeċiedi t-tilwima u tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament sa fejn din tiċħad it-talba tar-rikorrent, minħabba li ma laħaqx l-età meħtieġa ta’ 65 sena, li jingħata dritt għal pensjoni komplementari volontarja;

Tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż tal-proċedura ta’ appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-245/20.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-aggravji tal-appell huma bbażati: (i) fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Bureau sabiex jieħu d-deċiżjoni tal-Bureau tal-2018, b’mod partikolari, sa fejn din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet materjali għad-drittijiet li qegħdin jiġu akkwistati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal; (ii) fuq il-ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tad-drittijiet li qegħdin jiġu akkwistati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn tal-aħħar; (iii) fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità; (iv) fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali (assenza ta’ miżuri tranżitorji) u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.


Top