Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0586

    Kawża C-586/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social n° 1 de Madrid (Spanja) fl-20 ta’ Settembru 2021 – FZ vs BA, DA, DV u CG

    ĠU C 51, 31.1.2022, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 51/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Madrid (Spanja) fl-20 ta’ Settembru 2021 – FZ vs BA, DA, DV u CG

    (Kawża C-586/21)

    (2022/C 51/26)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado de lo Social no 1 de Madrid

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: FZ

    Konvenuti: BA, DA, DV u CG

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (1), u, konsegwentement, il-kontenut tal-imsemmija direttiva, huma applikabbli għal sitwazzjoni fejn il-proprjetarju ta’ uffiċċju nutarili, uffiċjal pubbliku li huwa fl-istess waqt persuna privata li timpjega ħaddiema fis-servizz tagħha u li r-relazzjonijiet tiegħu fil-kapaċità tiegħu ta’ persuna li timpjega huma rregolati mid-dritt ġenerali tax-xogħol kif ukoll minn ftehim kollettiv settorjali, jissuċċedi proprjetarju preċedenti tal-uffiċċju nutarili, jiret l-atti, ikompli jeżerċita l-attività fl-istess post ta’ xogħol bl-istess struttura materjali, u jkompli jimpjega lill-persunal li kien jaħdem għal dan in-nutar tal-aħħar?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98.


    Top