This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0539
Case C-539/21 P: Appeal brought on 26 August 2021 by CE against the judgment of the General Court (Seventh Chamber) delivered on 16 June 2021 in Case T-355/19, CE v Committee of the Regions
Kawża C-539/21 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2021 minn CE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-355/19, CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
Kawża C-539/21 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2021 minn CE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-355/19, CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU C 37, 24.1.2022, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/7 |
Appell ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2021 minn CE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-355/19, CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża C-539/21 P)
(2022/C 37/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: CE (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kumitat tar-Reġjuni
Talbiet
— |
Tannulla parzjalment is-sentenza tas-16 ta’ Ġunju 2021, CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni (T-355/19); |
— |
Tikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż kollha, inkluż dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali relatati kemm mal-proċedura prinċipali kif ukoll mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jikkontesta b’mod partikolari l-punti 69 u 71, 73 sa 77, 83 sa 91, 109 sa 116, 126 sa 139, 149 u 150 tas-sentenza appellata. Huwa jiżviluppa aggravju uniku insuffiċjenti u ineżatt fid-dritt.