EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0184

Kawża C-184/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de l’entreprise francophone de Bruxelles (il-Belġju) fl-24 ta’ Marzu 2021 – Christian Louboutin vs Amazon.com, Inc., Amazon Services LLC

ĠU C 217, 7.6.2021, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de l’entreprise francophone de Bruxelles (il-Belġju) fl-24 ta’ Marzu 2021 – Christian Louboutin vs Amazon.com, Inc., Amazon Services LLC

(Kawża C-184/21)

(2021/C 217/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de l’entreprise francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christian Louboutin

Konvenuti: Amazon.com, Inc., Amazon Services LLC

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu ta’ sinjal identiku għal trade mark f’reklamar muri fuq sit tal-internet huwa, fil-prinċipju, attribwibbli għall-operatur tiegħu jekk, fil-perċezzjoni ta’ utent tal-internet normalment informat u raġonevolment attent, dan l-operatur kellu rwol attiv fl-iżvilupp ta’ dan ir-riklam jew li dan tal-aħħar jista’ jiġi pperċepit minn tali utent tal-internet bħala parti mill-komunikazzjoni kummerċjali ta’ dan l-operatur stess?

Perċezzjoni bħal din tkun influwenzata:

bil-fatt li dan l-operatur huwa distributur magħruf ta’ varjetà wiesgħa ta’ prodotti, inklużi prodotti fil-kategorija ta’ dawk li jissemmew fir-reklamar;

jew bil-fatt li r-riklam hekk muri għandu intestatura li fiha hija riprodotta t-trade mark tas-servizz ta’ dan l-operatur, billi din it-trade mark hija magħrufa bħala trade mark ta’ servizz ta’ distributur;

jew barra minn hekk, bil-fatt li dan l-operatur joffri wkoll ma’ dan il-wiri servizzi tradizzjonalment offruti minn distributuri ta’ prodotti tal-istess kategorija bħal dik li fiha jaqa’ l-prodott imsemmi mir-reklam?

2)

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament 2017/1001 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat bħala l-ispedizzjoni, fil-kummerċ u mingħajr il-kunsens tad-detentur ta’ trade mark, lill-konsumatur finali ta’ prodott li għandu sinjal identiku għat-trade mark, jikkostitwixxi użu attribwibbli biss lill-ispeditur jekk dan tal-aħħar għandu għarfien effettiv tat-twaħħil ta’ dan is-sinjal fuq dan il-prodott?

Speditur bħal dan huwa l-utent tas-sinjal ikkonċernat jekk huwa nnifsu jew entità marbuta ekonomikament jinfurmaw lill-konsumatur finali li ser ikun responsabbli għal din l-ispedizzjoni wara li huwa stess jew entità ekonomikament marbuta jkun ħażen il-prodott għal dan il-għan?

Speditur bħal dan huwa l-utent tas-sinjal ikkonċernat jekk huwa stess jew entità marbuta ekonomikament qabel jkunu ikkontribwixxew attivament għall-wiri, fil-kummerċ, ta’ reklam għall-prodott li għandu dan is-sinjal jew irreġistra l-ordni tal-konsumatur finali fid-dawl ta’ dan ir-riklam?


(1)  ĠU 2017, L 154, p. 1.


Top