This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CB0023
Case C-23/21: Order of the Court (Sixth Chamber) of 23 September 2021 (request for a preliminary ruling from the Gericht Erster Instanz Eupen — Belgium) — IO v Wallonische Region (Reference for a preliminary ruling — Article 99 of the Rules of Procedure of the Court — Article 49 TFEU — Freedom of establishment — Road traffic — Driver resident in one Member State — Vehicle registered in another Member State — Vehicle made available to the partner and manager of an undertaking established in that other Member State — Registration obligation in the first Member State)
Kawża C-23/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gericht Erster Instanz Eupen – il-Belgju) – IO vs Wallonische Region (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 49 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Moviment bit-triq – Sewwieq li jirrisjedi fi Stat Membru – Vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor – Vettura mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ direttur ta’ kumpannija stabbilita f’dan l-Istat Membru ieħor – Obbligu ta’ reġistrazzjoni fl-ewwel Stat Membru)
Kawża C-23/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gericht Erster Instanz Eupen – il-Belgju) – IO vs Wallonische Region (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 49 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Moviment bit-triq – Sewwieq li jirrisjedi fi Stat Membru – Vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor – Vettura mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ direttur ta’ kumpannija stabbilita f’dan l-Istat Membru ieħor – Obbligu ta’ reġistrazzjoni fl-ewwel Stat Membru)
ĠU C 513, 20.12.2021, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 513/14 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gericht Erster Instanz Eupen – il-Belgju) – IO vs Wallonische Region
(Kawża C-23/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment bit-triq - Sewwieq li jirrisjedi fi Stat Membru - Vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor - Vettura mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ direttur ta’ kumpannija stabbilita f’dan l-Istat Membru ieħor - Obbligu ta’ reġistrazzjoni fl-ewwel Stat Membru)
(2021/C 513/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Gericht Erster Instanz Eupen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: IO
Konvenut: Wallonische Region
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li abbażi tagħha direttur ta’ kumpannija jew ħaddiem li jaħdem għal rasu, li jirrisjedi f’dan l-Istat Membru, jista’ jipprevalixxi ruħu minn deroga għall-obbligu ta’ reġistrazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor u mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu minn kumpannija, indipendentement minn jekk din għandhiex personalità ġurdika jew le, stabbilita f’dan l-Istat Membru ieħor, biss jekk dokumenti li jattestaw li l-persuna kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga jkunu jinsabu, b’mod permanenti, f’din il-vettura. |
2) |
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li jimponi fuq direttur ta’ kumpannija, li jirrisjedi f’dan l-Istat Membru, sabiex jirreġistra vettura mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu mill-kumpannija tiegħu, stabbilita fi Stat Membru ieħor, sa fejn dan id-direttur ma jirċievix salarju jew dħul minn din il-kumpannija, mingħajr il-possibbiltà għalih li juri r-realtà tar-rwol tiegħu fi ħdan l-imsemmija kumpannija, sakemm din il-vettura ma tkun la intiża li tintuża prinċipalment fl-ewwel Stat Membru b’mod permanenti u lanqas ma tkun, effettivament, użata b’dan il-mod. |