Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0488

Kawża C-488/21, Chief Appeals Officer et: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – l-Irlanda) – GV vs Chief Appeals Officer, Social Welfare Appeals Office, The Minister for Employment Affairs and Social Protection, Ireland, The Attorney General (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 21 u 45 TFUE – Dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jiċċaqalqu u jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri – Ħaddiem li jikseb in-nazzjonalità tal-Istat Membru ospitanti filwaqt li jżomm in-nazzjonalità ta’ oriġini tiegħu – Direttiva 2004/38/KE – Artikolu 3 – Benefiċjarji – Il-punt 2(d) tal-Artikolu 2 – Membru tal-familja – Axxendenti diretti dipendenti tal-ħaddiem ċittadin tal-Unjoni – Artikolu 7(1)(a) u (d) – Dritt ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur – Żamma tal-istatus ta’ persuna dipendenti fl-Istat Membru ospitanti – Artikolu 14(2) – Żamma tad-dritt ta’ residenza – Regolament (UE) Nru 492/2011 – Artikolu 7(2) – Ugwaljanza fit-trattament – Vantaġġi soċjali – Benefiċċji tal-assistenza soċjali – Piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat Membru ospitanti)

ĠU C, C/2024/1366, 19.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1366/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1366/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1366

19.2.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – l-Irlanda) – GV vs Chief Appeals Officer, Social Welfare Appeals Office, The Minister for Employment Affairs and Social Protection, Ireland, The Attorney General

(Kawża C-488/21, Chief Appeals Officer et(1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 21 u 45 TFUE - Dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jiċċaqalqu u jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri - Ħaddiem li jikseb in-nazzjonalità tal-Istat Membru ospitanti filwaqt li jżomm in-nazzjonalità ta’ oriġini tiegħu - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 3 - Benefiċjarji - Il-punt 2(d) tal-Artikolu 2 - Membru tal-familja - Axxendenti diretti dipendenti tal-ħaddiem ċittadin tal-Unjoni - Artikolu 7(1)(a) u (d) - Dritt ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur - Żamma tal-istatus ta’ persuna dipendenti fl-Istat Membru ospitanti - Artikolu 14(2) - Żamma tad-dritt ta’ residenza - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 7(2) - Ugwaljanza fit-trattament - Vantaġġi soċjali - Benefiċċji tal-assistenza soċjali - Piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat Membru ospitanti)

(C/2024/1366)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GV

Konvenuti: Chief Appeals Officer, Social Welfare Appeals Office, The Minister for Employment Affairs and Social Protection, Ireland, The Attorney General

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE, kif implimentat mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, moqri flimkien mal-punt 2(d) tal-Artikolu 2, mal-Artikolu 7(1)(a) u (d), kif ukoll mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti lill-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru jirrifjutaw l-għoti ta’ benefiċċju ta’ assistenza soċjali lil axxendent dirett li, fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal dan il-benefiċċju, huwa dipendenti fuq ħaddiem ċittadin tal-Unjoni Ewropea, jew li saħansitra tippermetti l-irtirar tad-dritt ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur, għar-raġuni li l-għoti tal-imsemmi benefiċċju jkollu l-effett li dan il-membru tal-familja ma jibqax iktar dipendenti fuq dan il-ħaddiem ċittadin tal-Unjoni u għalhekk isir piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-imsemmi Stat Membru.


(1)   ĠU C 422, 18.10.2021


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1366/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top