Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0758

Kawża T-758/20: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2020 – Monster Energy vs EUIPO – Frito-Lay Trading Company (MONSTER)

ĠU C 53, 15.2.2021, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/63


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2020 – Monster Energy vs EUIPO – Frito-Lay Trading Company (MONSTER)

(Kawża T-758/20)

(2021/C 53/79)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Monster Energy Co. (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Frito-Lay Trading Company GmbH (Bern, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MONSTER – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 492 158

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2020 fil-Każ R 2927/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-22 ta’ Ottubru 2019 sa fejn irrevokat ir-reġistrazzjoni għal prodotti fil-Klassi 30;

tiċħad it-talba għal revoka tar-reġistrazzjoni għal prodotti fil-Klassi 30;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri tiegħu stess u għal dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top