EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0586

Kawża T-586/20: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2020 – MN vs Europol

ĠU C 433, 14.12.2020, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 433/55


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2020 – MN vs Europol

(Kawża T-586/20)

(2020/C 433/69)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: MN (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-6 ta’ Marzu 2020 li ma jiġġeddidx il-kuntratt tiegħu għal żmien indeterminat;

tordna lill-Europol tħallsu s-somma ta EUR 25 000 bħala kumpens għad-dannu morali kkawżat lilu mid-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi1..

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-kriterju użat sabiex jiġġustifika li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent għal żmien indeterminat, fis-sens li ma jippermettix li jiġi identifikat l-interess tas-servizz.

2.

It-tieni motiv ibbażat, sussidjarjament, ibbażat fuq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li jivvizzjaw id-deċiżjoni kkontestata.


Top