Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0519

    Kawża T-519/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2020 – LP vs Il-Parlament

    ĠU C 348, 19.10.2020, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 348/23


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2020 – LP vs Il-Parlament

    (Kawża T-519/20)

    (2020/C 348/33)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrent: LP (rappreżentanti: J. Bosquet u G. Op de Beeck, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tat-22 ta’ Ottubru 2019 li permezz tagħha l-Awtorita tal-Ħatra rrifjutat ir-reklutaġġ tar-rikorrent bħala assistent parlamentari akkreditat (l-ewwel deċiżjoni kkontestata) fil-Parlament Ewropew;

    tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 (it-tieni deċiżjoni kkontestata) li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku.

    Motiv uniku bbażat fuq ksur tal-Artikolu 128(2)(c) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll ksur tal-Artikolu 41(1) u (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    Ksur tal-Artikolu 128(2)(c) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea peress li l-Parlament Ewropew jinterpreta dan l-artikolu b’mod żbaljat meta jsostni li l-pussess ta’ fedina penali nadifa huwa rekwiżit. Fil-fatt dan l-artikolu jikkonċerna garanziji relatati mal-funzjoni, li permezz tagħhom nota f’estratt minn fedina penali hija rilevanti biss meta tkun tali li tippreġudika l-karatteristika relatata mal-funzjoni jew hija tali li jkollha impatt fuq l-eżerċizzju konkret ta’ professjoni. Il-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati tmur kontra l-imsemmi artikolu sa fejn il-konvenut jikkonferma fit-tieni deċiżjoni kkontestata li ma hemm ebda theddida attwali, effettiva u suffiċjentement serja għall-eżerċizzju regolari tal-funzjoni sa fejn hemm sempliċement “dubji” dwar l-integrità morali tar-rikorrent.

    Ksur tal-Artikolu 41(1) u (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll tal-prinċipju ta’ premura stabbilit fiha, peress li l-Parlament Ewropew ma ħax inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha fl-evalwazzjoni tiegħu fil-kuntest tar-reklutaġġ tar-rikorrent. Ma kien hemm ebda teħid inkunsiderazzjoni tar-relazzjoni ta’ fiduċja mal-membru tal-Parlament Ewropew ikkonċernat u tal-fatt li r-rikorrent huwa diġà assistent parlamentari fil-parlament ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Belġju. Fl-istess waqt, il-Parlament Ewropew ma jiħux inkunsiderazzjoni r-rikonoxximent ta’ ħtija fl-ilment tar-rikorrent meta jistabbilixxi li dan tal-aħħar jonqos milli jeżerċita r-responsabbiltà tiegħu billi jirrelativizza r-reat imniżżel fl-estratt mill-fedina penali. Id-deċiżjonijiet ikkontestati huma għaldaqstant ivvizzjat b’nuqqas ta’ motivazzjoni.


    Top