Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0491

    Kawża T-491/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2020 – El Corte Inglés vs EUIPO – Ou (-Vpro)

    ĠU C 313, 21.9.2020, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 313/32


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2020 – El Corte Inglés vs EUIPO – Ou (-Vpro)

    (Kawża T-491/20)

    (2020/C 313/46)

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kuei-Chin Ou (Tajpei, it-Tajwan)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni –Vpro – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 741 133

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ April 2020 fil-Każ R 1758/2019-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn iċ-ċaħda tal-appell tal-parti li topponi tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni B 3 055 001 li tat it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 741 133 -Vpro (figurattiva), sabiex tiddistingwi prodotti fil-klassijiet 24 u 25.

    tikkundanna għall-ispejjeż lil dik il-parti jew dawk il-partijiet li jopponu dan ir-rikors.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top