This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0370
Case T-370/20: Action brought on 11 June 2020 — KL v EIB
Kawża T-370/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2020 – KL vs BEI
Kawża T-370/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2020 – KL vs BEI
ĠU C 255, 3.8.2020, p. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/33 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2020 – KL vs BEI
(Kawża T-370/20)
(2020/C 255/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: KL (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; |
b’konsegwenza li,
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-BEI tat-8 ta’ Frar u tat-8 ta’ Marzu 2019 li jiddikjaraw ir-rikorrent adattat li jaħdem u f’assenza inġustifikata mit-18 ta’ Frar 2019; |
— |
sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-BEI tas-16 ta’ Marzu 2020 li tikkonferma l-konklużjonijiet tal-kummissjonii ta’ konċiljazzjoni u, konsegwentement, id-deċiżjonijiet tat-8 ta’ Frar u tat-8 ta’ Marzu 2019; |
għaldaqstant,
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas retroattiv tal-pensjoni ta’ invalidità fil-prinċipju mill-1 ta’ Frar 2019; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ interessi moratorji fuq il-pensjoni ta’ invalidità dovuti mill-1 ta’ Frar 2019 u dan sal-ħlas komplet, peress li l-interessi moratorji huma ffissati bir-rata ta’ interess tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjud b’żewġ punti; |
— |
tikkundanna lil BEI għall-kumpens tad-dannu morali tar-rikorrent; |
— |
tikkundanna lil BEI għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 46-1 u 48-1 tar-Regolament tal-Iskema ta’ Pensjoni u tal-Artikolu 11(1) u (3) tad-dispożizzjonijiet amministrattivi kif ukol fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura. |