This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0271
Case T-271/20: Action brought on 8 May 2020 — JS v SRB
Kawża T-271/20: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2020 – JS vs SRB
Kawża T-271/20: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2020 – JS vs SRB
ĠU C 247, 27.7.2020, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/20 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2020 – JS vs SRB
(Kawża T-271/20)
(2020/C 247/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: JS (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2019 ikkomunikata lilu fis-17 ta’ Ġunju 2019 u li tiċħad it-talba tiegħu għal assistenza tat-2 ta’ Mejju 2019; |
— |
tannulla wkoll, jekk meħtieġ, id-deċiżjoni kkomunikata lilu fid-29 ta’ Jannar 2020, li ċaħdet l-ilment tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2019; |
— |
tordna l-pagament ta’ kumpens finanzjarju bħala d-dannu morali mġarrab mir-rikorrent stmat ex aequo et bono fl-ammont ta’ EU 20 000; |
— |
tordna barra minn hekk il-kumpens għad-dannu materjali tiegħu kkwantifikat u ppruvat stmat għal ammont ta’ EUR 77 408; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 2.1 tal-politika tas-SRB adottat b’deċiżjoni fis-sessjoni plenarja tiegħu tad-29 ta’ Novembru 2017 (1). |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 7.3a tal-imsemmija politika tas-SRB. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ premura. Fir-rigward tat-talba għall-kumpens, ir-rikorrent jinvoka n-nuqqas imwettaq mill-konvenut, id-dannu mġarrab u r-rabta bejn in-nuqqas u d-dannu. |
(1) Politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u l-fastidju sesswali.