This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0270
Case T-270/20: Action brought on 7 May 2020 — JS v SRB
Kawża T-270/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2020 – JS vs SRB
Kawża T-270/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2020 – JS vs SRB
ĠU C 247, 27.7.2020, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/19 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2020 – JS vs SRB
(Kawża T-270/20)
(2020/C 247/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: JS (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2018 ikkomunikat lilu fit-12 ta’ Ġunju 2019; |
— |
tannulla, kif meħtieġ, id-deċiżjoni tat-22 ta’ Jannar 2020, innotifikata fit-28 ta’ Jannar 2020, li tiċħad l-ilment tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2019; |
— |
tordna l-ħlas ta’ kumpens finanzjarju għad-dannu morali evalwat ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 15 000; |
— |
tordna l-kumpens għad-dannu materjali tiegħu għal ammont ta’ EUR 2 322 kkawżat mill-iffriżar tas-salarju fil-grad AD 6, livell 3, għal perjodu ta’ 12-il xahar minn Awwissu 2019; |
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u akkużi malafamanti. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-assenza ta’ għanijiet professjonali u l-assenza ta’ deskrizzjoni tax-xogħol applikabbli. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità u ksur tad-deċiżjoni tas-CRU meħuda fis-sessjoni plenarja tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2015 (1). |
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5 tad-deċiżjoni tal-imsemmi SRB tal-25 ta’ Marzu 2015 u fuq ksur tal-obbligu ta’ premura. Fir-rigward tat-talba għal kumpens, ir-rikorrent jinvoka n-nuqqas imwettaq mill-konvenut, id-dannu mġarrab u r-rabta kawżali bejn in-nuqqas u d-dannu. |
(1) Deċiżjoni tal-Bord dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal u għall-proċeduri għall-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-membri tal-persunal temporanju.